Karti tal-flus u deterrenti kontra l-falsifikazzjoni tal-flus

Kull pajjiż għandu restrizzjonijiet legali dwar ir-riproduzzjoni tax-xbihat tal-karti tal-flus. Il-falsifikazzjoni tal-munita hija reat u filwaqt li r-restrizzjonijiet ivarjaw minn pajjiż għall-ieħor, f’xi pajjiżi kull riproduzzjoni ta’ xbihat tal-karti tal-flus – anki għal użu artistiku jew għar-reklamar – hija strettament ipprojbita. Anki f’pajjiżi li jippermettu xi użu limitat tax-xbihat tal-karti tal-flus, hemm regoli u rekwiżiti speċifiċi. Din il-websajt tagħti tagħrif dwar ir-riproduzzjoni tax-xbihat tal-karti tal-flus u, għal iżjed tagħrif, fiha links għal websajts ta’ pajjiżi individwali.

Waqt li t-telf ekonomiku totali għas-soċjetà kkawżat mill-falsifikazzjoni tal-flus huwa ġeneralment limitat, il-vittmi li jġarrbu l-ikbar ħsara huma l-individwi u n-negozji, minħabba li ħadd ma jirrimborża lil min jilqa’ karti tal-flus foloz. Il-flus foloz jistgħu wkoll itellfu l-fiduċja fis-sistema tal-ħlas u b’hekk il-pubbliku jibda jħossu inċert jekk għandux jaċċetta flus kontanti għat-tranżazzjonijiet.

Il-grupp maħtur mill-banek ċentrali biex jiskoraġġixxi l-falsifikazzjoni tal-flus (Central Bank Counterfeit Deterrence Group – CBCDG) huwa responsabbli għal din il-websajt. Sistema li tiskoraġġixxi l-falsifikazzjoni tal-karti tal-flus (Counterfeit Deterrence System – CDS) ġiet żviluppata mis-CBCDG biex tiskoraġġixxi l-użu ta’ kompjuters personali, apparat tax-xbihat diġitali u softwer għall-falsifikazzjoni. Manifatturi tal-ħardwer u s-softwer adottaw is-CDS minn jeddhom biex kompjuters personali u apparat tax-xbihat diġitali ma jkunux jistgħu jikkupjaw jew jirriproduċu x-xbieha ta’ karta tal-flus protetta. Din it-teknoloġija ma żżommx rekord ta’ kif jintuża kompjuter personali jew apparat li jirriproduċi xbihat diġitali.

Għal tagħrif speċifiku dwar xi pajjiżi jew xbihat ta’ karti tal-flus partikolari li tkun trid tuża, klikkja fuq ir-reġjun fil-mappa jew agħżel il-pajjiż jew il-munita mil-lista.

1.

Reġjuni:

Agħżel reġjun mil-lista jew klikkja fuq il-mappa ta' hawn taħt
 

Valuta:

Pajjiżi:

Lingwi:

CHF – frank Svizzeru Svizzera, Liechtenstein Ingliż, Franċiż, Ġermaniż

Bank jew dipartiment uffiċjali:

Tagħrif dwar kuntatti:

Referenzi:

Swiss National Bank

Swiss National Bank
Cash Division/Administration
Bundesplatz 1
CH-3003 Berne
Switzerland

Tel.: +41 31 327 0211
Fax.: +41 31 327 0228
E-mail: bargeld@snb.ch

Paġna ta’ struzzjonijiet

Immaġnijiet ta’ karti tal-flus b’dpi baxx

Tagħrif ġenerali dwar ir-riproduzzjoni tal-karti tal-flus:

It-tibdil ta’ partijiet tal-karti tal-flus hu pprojbit, minħabba li dan jista’ jfixkel lill-pubbliku.

Jekk tiġi riprodotta parti waħda biss ta’ karta tal-flus – per eżempju, ir-ras tal-persuna rilevanti jew xi opra li tidher fuq in-naħa ta’ wara ta’ karta tal-flus – f’dak il-każ jistgħu jinqalgħu kwistjonijiet ta’ drittijiet ta’ l-awtur, li mhumiex fil-kompetenza tas-Swiss National Bank.

Riproduzzjoni fl-istampa:

Ir-riproduzzjonijiet li dwarhom ma naraw ebda riskju li wieħed jaħsibhom karti tal-flus ġenwini, huma definiti fid-dokument tagħna “Paġna ta’ struzzjonijiet”.

Għall-istampa, insellfu jew l-immaġnijiet diġitali tagħna tal-karti tal-flus (150 dpi) jew karti tal-flus fiżiċi (it-tnejn fihom il-kelma “SPECIMEN” (KAMPJUN) stampata djagonalment fuq il-karta tal-flus kollha). Dawn jintbagħtu biss jekk tiġi ddikjarata r-raġuni għaliex jenħtieġ li jiġu riprodotti karti tal-flus u jiġu aċċettati t-termini tal-“kuntratt” (billi tintbagħat lura l-ittra li fiha l-kondizzjonijiet, iffirmata). Barra dan, l-għoti ta’ dawn l-immaġnijiet jew karti tal-flus lill-partijiet terzi hu strettament projbit, u l-materjal kollu pprovdut għandu jintbagħat lura lill-Bank Nazzjonali Svizzeru. L-utenti jkunu responsabbli biex jillimitaw l-aċċess għal dawn il-materjali.

In-negattivi, pjanċi, pożittivi, medja ta’ ħażna diġitali, fajls tal-grafika, medja manjetika, tagħmir ta’ ħażna ottika u tagħmir ieħor użat biex issir l-illustrazzjoni li fiha immaġnijiet sħaħ jew parzjali ta’ l-illustrazzjoni għandhom jiġu meqruda, kkanċellati jew imħassra wara l-aħħar użu.

Riproduzzjoni elettronika:

Għal immaġnijiet diġitali li huma aċċessibbli għall-pubbliku, karta tal-flus tista’ tiġi riprodotta jekk jiġu sodisfatti ż-żewġ kriterji li ġejjin:

  • Ir-riżoluzzjoni ta’ l-immaġni tkun ta’ 72 dpi jew inqas.
  • Il-kelma “SPECIMEN” (KAMPJUN) tkun stampata djagonalment fuq ir-riproduzzjoni kollha f’kulur li jikkuntrasta. It-tul u l-wisa’ tal-kelma “SPECIMEN” għandhom ikunu mill-inqas 75% tat-tul u 15% tal-wisa’ tar-riproduzzjoni rispettivament.