Karti tal-flus u deterrenti kontra l-falsifikazzjoni tal-flus

Kull pajjiż għandu restrizzjonijiet legali dwar ir-riproduzzjoni tax-xbihat tal-karti tal-flus. Il-falsifikazzjoni tal-munita hija reat u filwaqt li r-restrizzjonijiet ivarjaw minn pajjiż għall-ieħor, f’xi pajjiżi kull riproduzzjoni ta’ xbihat tal-karti tal-flus – anki għal użu artistiku jew għar-reklamar – hija strettament ipprojbita. Anki f’pajjiżi li jippermettu xi użu limitat tax-xbihat tal-karti tal-flus, hemm regoli u rekwiżiti speċifiċi. Din il-websajt tagħti tagħrif dwar ir-riproduzzjoni tax-xbihat tal-karti tal-flus u, għal iżjed tagħrif, fiha links għal websajts ta’ pajjiżi individwali.

Waqt li t-telf ekonomiku totali għas-soċjetà kkawżat mill-falsifikazzjoni tal-flus huwa ġeneralment limitat, il-vittmi li jġarrbu l-ikbar ħsara huma l-individwi u n-negozji, minħabba li ħadd ma jirrimborża lil min jilqa’ karti tal-flus foloz. Il-flus foloz jistgħu wkoll itellfu l-fiduċja fis-sistema tal-ħlas u b’hekk il-pubbliku jibda jħossu inċert jekk għandux jaċċetta flus kontanti għat-tranżazzjonijiet.

Il-grupp maħtur mill-banek ċentrali biex jiskoraġġixxi l-falsifikazzjoni tal-flus (Central Bank Counterfeit Deterrence Group – CBCDG) huwa responsabbli għal din il-websajt. Sistema li tiskoraġġixxi l-falsifikazzjoni tal-karti tal-flus (Counterfeit Deterrence System – CDS) ġiet żviluppata mis-CBCDG biex tiskoraġġixxi l-użu ta’ kompjuters personali, apparat tax-xbihat diġitali u softwer għall-falsifikazzjoni. Manifatturi tal-ħardwer u s-softwer adottaw is-CDS minn jeddhom biex kompjuters personali u apparat tax-xbihat diġitali ma jkunux jistgħu jikkupjaw jew jirriproduċu x-xbieha ta’ karta tal-flus protetta. Din it-teknoloġija ma żżommx rekord ta’ kif jintuża kompjuter personali jew apparat li jirriproduċi xbihat diġitali.

Għal tagħrif speċifiku dwar xi pajjiżi jew xbihat ta’ karti tal-flus partikolari li tkun trid tuża, klikkja fuq ir-reġjun fil-mappa jew agħżel il-pajjiż jew il-munita mil-lista.

1.

Reġjuni:

Agħżel reġjun mil-lista jew klikkja fuq il-mappa ta' hawn taħt
 

Munita:

Pajjiżi:

Lingwi:

GBP – lira sterlina Renju Unit Ingliż

Bank jew dipartiment uffiċjali:

Kuntatti:

Links:

Bank of England

Reproductions Officer
Bank of England
Threadneedle Street
London EC2R 8AH
United Kingdom

Email: banknote.reproductions@
bankofengland.co.uk

Bank of England: Linji gwida

Bank of England: Librerija tax-xbihat tal-karti tal-flus

Tagħrif ġenerali fuq ir-riproduzzjoni tal-karti tal-flus:

Skont it-Taqsima 18(1) tal-Forgery and Counterfeiting Act tal-1981 huwa reat kriminali għal kwalunkwe persuna, mingħajr l-awtorizzazzjoni bil-miktub minn qabel tal-Bank of England, li tirriproduċi fuq kwalunkwe sustanza hi x’inhi, u irrispettivament minn jekk tkunx fl-iskala korretta, kwalunkwe karta tal-flus tal-Bank of England jew xi parti minn karta tal-flus tal-Bank of England. Il-Bank of England jippossjedi wkoll id-drittijiet tal-awtur tal-karti tal-flus tiegħu.

Ir-riproduzzjonijiet m’għandhomx jidhru f’kuntest offensiv jew mhux xieraq jew b’mod li, fl-opinjoni unika tal-Bank, jikkomprometti l-integrità tal-munita.

Proċedura

Min jixtieq juża x-xbihat tal-karti tal-flus tal-Bank of England għandu tliet għażliet:

  1. Librerija tax-xbihat tal-karti tal-flus: Ix-xbihat approvati jinsabu fil-librerija tagħna tax-xbihat tal-karti tal-flus; min jużahom għandu josserva t-termini u l-kundizzjonijiet tagħna dwar ir-riproduzzjoni; min ma jagħmilx dan jista’ jiġi suġġett għal passi legali.
  2. Bank of England: Librerija tax-xbihat tal-karti tal-flus

  3. Applikazzjoni għar-riproduzzjoni tal-karti tal-flus: Min juża xbihat oħra tal-karti tal-flus tal-Bank of England għandu japplika onlajn għall-awtorizzazzjoni billi jimla u jibgħat il-formola tal-applikazzjoni għar-riproduzzjoni tal-karti tal-flus, li tispjega t-termini u l-kundizzjonijiet tagħna dwar ir-riproduzzjoni.
  4. Formola tal-applikazzjoni għar-riproduzzjoni tal-karti tal-flus

  5. L-applikazzjoni tista’ ssir ukoll bil-posta billi tistampa u timla l-formola tal-applikazzjoni li tista’ titniżżel onlajn, u tibgħatha fl-indirizz postali li jidher hawn taħt. L-Uffiċjal Responsabbli għar-Riproduzzjonijiet jagħmel mill-aħjar biex iwieġeb fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol wara li jirċievi l-applikazzjoni.
  6. Formola tal-applikazzjoni li tista’ titniżżel onlajn

Kull korrispondenza fuq ir-riproduzzjoni tal-karti tal-flus għandha tiġi indirizzata lil:

Bank of England

Banknote Reproductions Officer

Notes Directorate

Threadneedle Street London EC2R 8AH

L-Uffiċjal Responsabbli għar-Riproduzzjonijiet tal-Bank of England jista’ jiġi kkuntattjat hawn: banknote.reproductions@bankofengland.co.uk jew bit-telefon +44 (0)20 7601 4028.

Riproduzzjoni fil-midja stampata:

Għal riproduzzjonijiet fiżiċi, normalment jingħata permess għar-riproduzzjoni ta’ xbihat tal-karti tal-flus jekk jiġu sodisfatti l-kriterji li ġejjin:

  1. Ir-riproduzzjonijiet għandhom isiru minn naħa waħda biss.
  2. Ir-riproduzzjonijiet m’għandhomx ikunu tal-istess daqs tal-karti tal-flus attwali; għandhom ikunu għall-inqas 25% iċken jew għall-inqas 25% ikbar. Ir-riproduzzjonijiet ta’ partijiet ta’ karti tal-flus għandhom jissodisfaw l-istess kundizzjonijiet.
  3. Ir-riproduzzjonijiet m’għandhomx jidhru f’kuntest offensiv jew mhux xieraq jew b’mod li, fl-opinjoni unika tal-Bank, jikkomprometti l-integrità tal-munita.
  4. M’għandu jkun hemm ebda tagħwiġ tax-xbieha tar-Reġina (ħlief meta x-xbieha titkabbar, tiċċekken jew tidher immejla).
  5. Għall-inqas waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin għandha tiġi sodisfatta wkoll:

  1. Ir-riproduzzjonijiet għandhom ikunu stampati fuq materjal li jkun differenti u jingħaraf b’mod ċar mill-materjal użat għall-istampar tas-sensiliet kurrenti tal-karti tal-flus tal-Bank of England.
  2. Ir-riproduzzjonijiet li juru iżjed minn 50% tal-wiċċ totali ta’ naħa waħda għandu jkollhom il-kelma “SPECIMEN” stampata fuqhom sakemm ma jkunux immejla b’aktar minn 20°. Il-kelma SPECIMEN għandha tkun b’font ġriż b’tipa grassa, immejla 45° u tgħaddi minn nofs il-karta tal-flus, u ma tkunx inqas minn 1/3 tat-tul u 1/10 tal-għoli tal-karta.
  3. Ir-riproduzzjonijiet li juru inqas minn 50% tal-wiċċ totali ta’ naħa waħda m’għandhomx għalfejn ikunu mmejlin jew ikollhom il-kelma “SPECIMEN” stampata fuqhom.

Riproduzzjoni fil-midja elettronika:

Għal riproduzzjonijiet diġitali/oħrajn, normalment jingħata permess għar-riproduzzjoni ta’ xbihat tal-karti tal-flus jekk jiġu sodisfatti l-kriterji li ġejjin:

  1. Ir-riproduzzjonijiet m’għandhomx jidhru f’kuntest offensiv jew mhux xieraq jew b’mod li, fl-opinjoni unika tal-Bank, jikkomprometti l-integrità tal-munita.
  2. M’għandu jkun hemm ebda tagħwiġ tax-xbieha tar-Reġina (ħlief meta x-xbieha titkabbar, tiċċekken jew tidher immejla).

    Għall-inqas waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin għandha tiġi sodisfatta wkoll:

  1. Ir-riproduzzjonijiet li juru iżjed minn 50% tal-wiċċ totali ta’ naħa waħda għandu jkollhom il-kelma “SPECIMEN” stampata fuqhom sakemm ma jkunux immejla b’aktar minn 20°. Il-kelma SPECIMEN għandha tkun b’font ġriż b’tipa grassa, immejla 45° u tgħaddi minn nofs il-karta tal-flus, u ma tkunx inqas minn 1/3 tat-tul u 1/10 tal-għoli tal-karta.
  2. Ir-riproduzzjonijiet li juru inqas minn 50% tal-wiċċ totali ta’ naħa waħda m’għandhomx għalfejn ikunu mmejlin jew ikollhom il-kelma “SPECIMEN” stampata fuqhom.