Karti tal-flus u deterrenti kontra l-falsifikazzjoni tal-flus

Kull pajjiż għandu restrizzjonijiet legali dwar ir-riproduzzjoni tax-xbihat tal-karti tal-flus. Il-falsifikazzjoni tal-munita hija reat u filwaqt li r-restrizzjonijiet ivarjaw minn pajjiż għall-ieħor, f’xi pajjiżi kull riproduzzjoni ta’ xbihat tal-karti tal-flus – anki għal użu artistiku jew għar-reklamar – hija strettament ipprojbita. Anki f’pajjiżi li jippermettu xi użu limitat tax-xbihat tal-karti tal-flus, hemm regoli u rekwiżiti speċifiċi. Din il-websajt tagħti tagħrif dwar ir-riproduzzjoni tax-xbihat tal-karti tal-flus u, għal iżjed tagħrif, fiha links għal websajts ta’ pajjiżi individwali.

Waqt li t-telf ekonomiku totali għas-soċjetà kkawżat mill-falsifikazzjoni tal-flus huwa ġeneralment limitat, il-vittmi li jġarrbu l-ikbar ħsara huma l-individwi u n-negozji, minħabba li ħadd ma jirrimborża lil min jilqa’ karti tal-flus foloz. Il-flus foloz jistgħu wkoll itellfu l-fiduċja fis-sistema tal-ħlas u b’hekk il-pubbliku jibda jħossu inċert jekk għandux jaċċetta flus kontanti għat-tranżazzjonijiet.

Il-grupp maħtur mill-banek ċentrali biex jiskoraġġixxi l-falsifikazzjoni tal-flus (Central Bank Counterfeit Deterrence Group – CBCDG) huwa responsabbli għal din il-websajt. Sistema li tiskoraġġixxi l-falsifikazzjoni tal-karti tal-flus (Counterfeit Deterrence System – CDS) ġiet żviluppata mis-CBCDG biex tiskoraġġixxi l-użu ta’ kompjuters personali, apparat tax-xbihat diġitali u softwer għall-falsifikazzjoni. Manifatturi tal-ħardwer u s-softwer adottaw is-CDS minn jeddhom biex kompjuters personali u apparat tax-xbihat diġitali ma jkunux jistgħu jikkupjaw jew jirriproduċu x-xbieha ta’ karta tal-flus protetta. Din it-teknoloġija ma żżommx rekord ta’ kif jintuża kompjuter personali jew apparat li jirriproduċi xbihat diġitali.

Għal tagħrif speċifiku dwar xi pajjiżi jew xbihat ta’ karti tal-flus partikolari li tkun trid tuża, klikkja fuq ir-reġjun fil-mappa jew agħżel il-pajjiż jew il-munita mil-lista.

1.

Reġjuni:

Agħżel reġjun mil-lista jew klikkja fuq il-mappa ta' hawn taħt