Politika dwar il-privatezza

Il-grupp maħtur mill-banek ċentrali biex jiskoraġġixxi l-falsifikazzjoni tal-flus (CBCDG) huwa marbut li jirrispetta l-privatezza tal-informazzjoni personali tiegħek. Is-CBCDG ma jiġborx, ibigħ, jiskambja jew b’xi mod ieħor jikxef jew juża informazzjoni miksuba permezz ta’ din il-websajt, minbarra kif jidher hawn taħt.

L-informazzjoni li niġbru u naħżnu temporanjament meta int tidħol fil-websajt

Is-CBCDG ma jfittex ebda informazzjoni oħra dwar min iżur il-websajt tagħna. B’mod awtomatiku, is-CBCDG jiġbor u jaħżen temporanjament l-informazzjoni dwar il-kollegament tiegħek tal-internet meta żżur il-websajt tagħna, iżda dan isir biss biex jiġu analizzati l-mudelli ġenerali tal-użu tas-sistema u biex issir il-manutenzjoni regolari tas-sistema. Din l-informazzjoni tinkludi dan li ġej:

  • id-data u l-ħin meta int tidħol fil-websajt tagħna;
  • il-paġni li żżur;
  • it-tip ta’ brawżer (e.g. Internet Explorer) u s-sistema użata għall-aċċess tal-websajt tagħna;
  • l-indirizz IP (Internet Protocol) li huwa numru li jingħata awtomatikament lill-kompjuter tiegħek kull meta tagħmel tiftix fil-web u li permezz tiegħu jkollok aċċess għall-websajt tagħna; aħna ma nippruvawx norbtu din l-informazzjoni mal-identità tal-utenti individwali.

Meta l-informazzjoni msemmija hawn fuq tkun ġiet analizzata għal għanijiet ta’ statistika, l-informazzjoni titħassar. Is-CBCDG ma jużax cookies. (Cookie hija dejta li titniżżel fil-kompjuter minn websajt partikolari biex jinżamm rekord ta’ kif tintuża l-websajt, ġeneralment bla ma wieħed ikun jaf.)

Jekk tibgħat email lis-CBCDG, aħna nqisu li tkun tajt il-kunsens tiegħek biex, skont din il-politika, is-CBCDG juża l-informazzjoni li jkun hemm fil-messaġġ.

Jekk tagħti ismek u informazzjoni oħra, is-CBCDG iżomm l-informazzjoni biex jipproċessa t-talba jew il-mistoqsija tiegħek. F’ċerti ċirkostanzi limitati, bħalma huma talbiet li jsirulna b’ordni tal-qorti, jista’ jkun li nkunu mġiegħla bil-liġi nikxfu l-informazzjoni li tibgħat.

Jekk jogħġbok innota li l-email mhux bilfors hija sigura kontra l-interċezzjoni, u li l-karatteristiċi tal-email f’din il-websajt ma jiġux ikkodifikati.

Kif nużaw l-informazzjoni

Is-CBCDG juża l-informazzjoni – kemm l-informazzjoni li tinġabar awtomatikament kif ukoll informazzjoni oħra li tista’ tagħti int stess – biex iqis il-volum tat-talbiet għal paġni web speċifiċi, biex itejjeb il-websajt, u biex jirreaġixxi malajr għall-ħtiġijiet u l-mistoqsijiet tal-utenti.

Għalkemm il-mistoqsijiet u l-kummenti li jsiru ġeneralment ma jinżammux bħala rekords permanenti, kull komunikazzjoni li nirċievu, kemm elettronika kif ukoll bil-miktub, tista’ tidħol fir-rekords permanenti tas-CBCDG.

Sigurtà tal-websajt

Għas-sigurtà tal-websajt tagħna u biex niżguraw li din tibqa’ disponibbli għall-utenti kollha, is-CBCDG juża programmi tas-softwer biex josserva t-traffiku tan-netwerk ħalli jidentifika tentattivi mhux awtorizzati biex tittella’ jew tiġi skambjata informazzjoni, jew biex issir ħsara b’xi mod ieħor.

Links esterni

Din il-websajt fiha links għal websajts oħra. Is-CBCDG mhuwiex responsabbli għall-prattika tal-privatezza jew għall-kontenut ta’ dawn il-websajts.

Kif tikkuntattjana dwar il-websajt

Jekk tixtieq tkun taf kif tintuża l-informazzjoni li għandha x’taqsam ma’ din il-websajt, jew dwar il-politika tal-privatezza tas-CBCDG u l-prattika tal-informazzjoni, ibgħat email lil CBCDG.