EUR - ewro


Bank jew dipartiment uffiċjali

Pajjiżi

  • Andorra
  • l-Awstrija
  • il-Belġju
  • il-Bulgarija
  • il-Kroazja
  • Ċipru
  • l-Estonja
  • il-Finlandja
  • Franza
  • il-Guyana Franċiża
  • It-Territorji Franċiżi tan-Nofsinhar
  • il-Ġermanja
  • il-Greċja
  • Guadeloupe
  • l-Irlanda
  • l-Italja
  • il-Latvja
  • il-Litwanja
  • il-Lussemburgu
  • Malta
  • Martinique
  • Mayotte
  • Monaco
  • il-Montenegro
  • in-Netherlands
  • il-Portugall
  • Réunion
  • Saint Pierre u Miquelon
  • San Marino
  • is-Slovakkja
  • is-Slovenja
  • Spanja
  • l-Istat tal-Belt tal-Vatikan

Lingwi

  • Bulgaru
  • Ingliż
  • Franċiż
  • Kroat
  • Ġermaniż
  • Portugiż
  • Spanjol
  • Irlandiż
  • Taljan
  • Ċek
  • Latvjan
  • Daniż
  • Litwan
  • Olandiż
  • Malti
  • Pollakk
  • Estonjan
  • Finlandiż
  • Rumen
  • Slovakk
  • Sloven
  • Grieg
  • Ungeriż
  • Żvediż

Kuntatti

Xbihat ta’ karti tal-flus b’riżoluzzjoni għolja għal użu professjonali

Tagħrif ġenerali dwar ir-riproduzzjoni tal-karti tal-flus

Huwa reat li tħassar jew tgħarraq karta tal-euro. Ir-riproduzzjonijiet tal-karti tal-euro m’għandhomx jidhru f’kuntest li jista’ jikkawża xi offiża (e.g. bħala parti minn materjal pornografiku jew vjolenti). Ir-riproduzzjonijiet huma pprojbiti wkoll meta jiksru r-regoli tad-drittijiet tal-awtur marbutin mal-karti tal-euro. L-Artikolu 1 tal-Linja Gwida BĊE/2003/5 jistabbilixxi l-kriterji għal riproduzzjonijiet irregolari u l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni BĊE/2013/10 jistabbilixxi l-kriterji għal riproduzzjonijiet illegali ta’ karti tal-euro. Riproduzzjonijiet simili ta’ karti tal-euro, fil-prinċipju, ma jiġux awtorizzati. L-Artikolu 2(3) tad-Deċiżjoni jistabbilixxi l-kriterji għal riproduzzjonijiet li jitqiesu li huma skont il-liġi u li għalihom mhija prevista l-ebda approvazzjoni. Għal każijiet li ma jissodisfawx dawn il-kriterji, għandha tinkiseb konferma tal-konformità mar-regoli tar-riproduzzjoni.

Riproduzzjoni fil-midja stampata

Hemm xi limitazzjonijiet. Il-limitazzjonijiet li jikkonċernaw id-daqs ivarjaw, pereżempju, skont jekk ir-riproduzzjoni tkunx fuq naħa waħda jew fuq żewġ naħat. Ġeneralment, biex riproduzzjoni tkun skont il-liġi, għandhom jiġu osservati r-regoli stabbiliti fid-Deċiżjoni BĊE/2013/10 u fil-Linja Gwida BĊE/2003/5.

Riproduzzjoni fil-mezzi elettroniċi

Fil-każ ta’ xbihat diġitali li jkunu aċċessibbli pubblikament, karta tal-flus tista’ tiġi riprodotta jekk tissodisfa ż-żewġ kriterji li ġejjin: Ir-riżoluzzjoni tax-xbieha tkun ta’ 72 dpi jew inqas. Il-kelma Specimen (Kampjun) tkun stampata djagonalment fuq ir-riproduzzjoni b’kulur kontrastanti. It-tul tal-kelma Specimen għandu jkun ta’ mill-anqas 75% tat-tul tar-riproduzzjoni u l-għoli tal-ittri għandu jkun ta’ mill-anqas 15% tal-wisa’ tar-riproduzzjoni.