Swiss National Bank
Cash Division/Administration
Bundesplatz 1
CH-3003 Berne
Switzerland
Tel.: +41 58 631 07 57
Fax: +41 58 631 50 00
E-mail: bargeld@snb.ch
It-tibdil ta’ partijiet tal-karti tal-flus hu pprojbit, minħabba li dan jista’ jfixkel lill-pubbliku.
Jekk tiġi riprodotta parti waħda biss ta’ karta tal-flus – per eżempju, ir-ras tal-persuna rilevanti jew xi opra li tidher fuq in-naħa ta’ wara ta’ karta tal-flus – f’dak il-każ jistgħu jinqalgħu kwistjonijiet ta’ drittijiet ta’ l-awtur, li mhumiex fil-kompetenza tas-Swiss National Bank.
Ir-riproduzzjonijiet li dwarhom ma naraw ebda riskju li wieħed jaħsibhom karti tal-flus ġenwini, huma definiti fid-dokument tagħna “Paġna ta’ struzzjonijiet”.
Għall-istampa, insellfu jew l-immaġnijiet diġitali tagħna tal-karti tal-flus (150 dpi) jew karti tal-flus fiżiċi (it-tnejn fihom il-kelma “SPECIMEN” (KAMPJUN) stampata djagonalment fuq il-karta tal-flus kollha). Dawn jintbagħtu biss jekk tiġi ddikjarata r-raġuni għaliex jenħtieġ li jiġu riprodotti karti tal-flus u jiġu aċċettati t-termini tal-“kuntratt” (billi tintbagħat lura l-ittra li fiha l-kondizzjonijiet, iffirmata). Barra dan, l-għoti ta’ dawn l-immaġnijiet jew karti tal-flus lill-partijiet terzi hu strettament projbit, u l-materjal kollu pprovdut għandu jintbagħat lura lill-Bank Nazzjonali Svizzeru. L-utenti jkunu responsabbli biex jillimitaw l-aċċess għal dawn il-materjali.
In-negattivi, pjanċi, pożittivi, medja ta’ ħażna diġitali, fajls tal-grafika, medja manjetika, tagħmir ta’ ħażna ottika u tagħmir ieħor użat biex issir l-illustrazzjoni li fiha immaġnijiet sħaħ jew parzjali ta’ l-illustrazzjoni għandhom jiġu meqruda, kkanċellati jew imħassra wara l-aħħar użu.
Għal immaġnijiet diġitali li huma aċċessibbli għall-pubbliku, karta tal-flus tista’ tiġi riprodotta jekk jiġu sodisfatti ż-żewġ kriterji li ġejjin:
- Ir-riżoluzzjoni ta’ l-immaġni tkun ta’ 72 dpi jew inqas.
- Il-kelma “SPECIMEN” (KAMPJUN) tkun stampata djagonalment fuq ir-riproduzzjoni kollha f’kulur li jikkuntrasta. It-tul u l-wisa’ tal-kelma “SPECIMEN” għandhom ikunu mill-inqas 75% tat-tul u 15% tal-wisa’ tar-riproduzzjoni rispettivament.