Federal Reserve Board
The U.S. Currency Education Program
Board of Governors of the Federal Reserve System
20th and C Streets, NW
Washington, DC 20551
United States of America
Tel.: +1 202 452 3535
Fax: +1 202 872 7533
Email: uscurrency@frb.gov
L-Att dwar is-Sejbien tal-Flus Foloz 1992, Liġi Pubblika 102-550, f’Sezzjoni 411 tat-Titolu 31 tal-Code of Federal Regulations, jippermetti l-illustrazzjonijiet bil-kulur tal-valuta Amerikana bil-patt illi:
- L-illustrazzjoni tkun iżgħar minn tliet kwarti jew iżjed minn darba u nofs, mit-tul jew mill-wisa’, ta’ kull parti ta’ l-oġġett illustrat;
- l-illustrazzjoni tkun fuq naħa waħda biss; u
- in-negattivi, pjanċi, ritratti, l-mezzi ta’ reġistrazzjoni diġitali, l-fajls grafiċi, l-medja manjetika, l-mezzi ta’ ħażna ottika u l-mezzi l-oħra kollha użati biex issir l-istampa li jkollhom fihom xbihat kompleti jew inkompleti ta’ l-istampa għandhom jiġu meqruda, eliminati jew mħassra wara li jkunu ntużaw għall-aħħar darba.
Riproduzzjoni għall-finijiet ta’ reklamar:
It-Taqsima 475, Kapitolu 25, Titlu 18, Parti I tal-Kodiċi tal-Istati Uniti [l-imitazzjoni ta’ obbligi jew titoli; riklami] tiddikjara li kull min jiddisinja, jinċidi, jistampa, jagħmel, jew jesegwixxi, jew ilissen, joħroġ, iqassam, jiċċirkola, jew juża kwalunkwe kard personali jew professjonali, avviż, kartellun, ċirkolari, fuljett, jew riklam li jkun jixbah jew ikun simili għal kwalunkwe obbligu jew titolu tal-Istati Uniti maħruġ skont kwalunkwe Att tal-Kungress, jew awtorizzat minnu, jew jikteb, jistampa, jew b’xi mod jimprimi jew jehmeż ma’ tali strument, obbligu jew titolu, jew ma’ kwalunkwe munita tal-Istati Uniti, kwalunkwe kard personali jew professjonali, avviż, jew riklam, jew kwalunkwe avviż jew riklam hu x’inhu, jeħel multa skont dan it-titlu.